Fittex l-ibliet l-iktar inklużivi tal-UE: Awtoritajiet lokali huma mistiedna japplikaw għall-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità

Il-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità hu miftuħ għal applikazzjonijiet għall-5 edizzjoni tiegħu.

Varat fl-2020, il-Premju jirrikonoxxi rħula, bliet, u reġjuni ta' kull daqs li jisfruttaw is-setgħa tad-diversità u jrawmu komunitajiet tal-inklużjoni permezz tal-inizjattivi, politiki u programmi innovattivi tagħhom. Il-kompetizzjoni hija opportunità għal awtoritajiet lokali biex juru politiki u inizjattivi li joħolqu iktar spazji diversi u inklużivi għal kulħadd.

Il-Kummissjoni Ewropea ser tħabbar ir-rebbieħa f'ċerimonja fil-21 t'April 2026 fi Brussell. L-avveniment ta' livell għoli ser jiġbor sindki, uffiċjali nazzjonali, entużjasti u dawk li jfasslu l-politiki tad-diversità u inklużjoni.

Dan il-Premju jesibixxi l-isforzi kbar tal-irħula, bliet, u reġjuni tal-UE li huma impenjati li jibnu soċjetajiet inklużivi u ekwi. Meta niċċelebraw dawk li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni, inkunu qed ngħinu ntellgħu l-istandards u nispiraw lil oħrajn biex irawmu ambjenti fejn kulħadd ikun jista' jikber. Il-fokus speċifiku ta’ din is-sena fuq swieq tax-xogħol inklużivi għal kulħadd jenfasizza l-importanza ta’ opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol inġenerali.

Il-Premju jirrikonoxxi r-rebbieħa tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż f'żewġ kategoriji ewlenin:

  • awtoritajiet lokali b'inqas minn 50,000 abitant
  • awtoritajiet lokali b'iktar minn 50,000 abitant

Fl-2026, premju speċifiku ser ikun iddedikat għal swieq tax-xogħol inklużivi għal kulħadd.

Il-Premju tal-Kapitali Ewropej għall-Inklużjoni u d-Diversità hu miftuħ għall-awtoritajiet lokali kollha fl-UE. Hu opportunità biex tesebixxi politiki u inizjattivi li jibnu soċjetajiet iktar ġusti u inklużivi billi tindirizza d-diskriminazzjoni fuq raġunijiet ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew identità LGBTIQ. ​

L-applikazzjonijiet jistgħu jkunu sottomessi permezz tal-website tal-Premjijet sal-20 ta' Jannar 2026.

Kandidati fuq il-lista l-qasira ser ikunu mħabbra fuq il-website uffiċjali, waqt li r-rebbieħa ser jitħabbru matul iċ-ċerimonja tal-Premju fil-21 t'April 2026 fi Brussell.

Edizzjonijiet Preċedenti tal-Premju

Kun af min huma r-rebbieħa tal-Premju 2025 rikonoxxuti għall-kontribut tagħhom għal Ewropa iktar indaqs u inklużiva.

Kuntatt għall-istampa

Għal mistoqsijiet dwar il-media jew biex iżiduk mal-lista tal-media għall-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u Diversità jew tax-Xahar Ewropew tad-Diversità, jekk jogħġbok ikkuntattja:

eudiversity_press@vo-europe.eu

Ħolqa biex tabbona fil-fuljett tad-#DiversityCapitals

Iktar informazzjoni

Għal iktar informazzjoni dwar il-Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità u x-Xahar Ewropew tad-Diversità, żur il-website tagħna u segwina fuq il-media soċjali.

#DiversityCapitals #UnionOfEquality

X

Facebook

LinkedIn

YouTube

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aqsam

L-aħħar stejjer